Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà
Kantar Public u l-kuntratturi tiegħu, bħala parti minn konsorzju li jinvolvi l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Ġestjoni tas-Saħħa (EHMA), il-Fondazzjoni għall-Promozzjoni tas-Saħħa u r-Riċerka Bijomedika tar-Reġjun ta' Valencia (Fisabio), ifok, l-Akkademja Ewropea tal-Pedjatri (EAP), u l-Awtoritajiet tas-Saħħa Reġjonali u Lokali Ewropej (EUREGHA) jieħdu ħsieb dan is-sit f’isem l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali (HaDEA), bl-għan li jissaħħaħ l-aċċess pubbliku għal informazzjoni rigward il-proġett Negħlbu l-Ostakli għat-Tilqim.
Sfond
Kantar Public u l-kuntratturi tiegħu, bħala parti minn konsorzju li jinvolvi l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Ġestjoni tas-Saħħa (EHMA), il-Fondazzjoni għall-Promozzjoni tas-Saħħa u r-Riċerka Bijomedika tar-Reġjun ta' Valencia (Fisabio), ifok, l-Akkademja Ewropea tal-Pedjatri (EAP), u l-Awtoritajiet tas-Saħħa Reġjonali u Lokali Ewropej (EUREGHA) jieħdu ħsieb dan is-sit f’isem l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali (HaDEA), bl-għan li jissaħħaħ l-aċċess pubbliku għal informazzjoni rigward il-proġett Negħlbu l-Ostakli għat-Tilqim.
L-għan tagħna huwa li nżommu din l-informazzjoni aġġornata u eżatta. Jekk tinġibed l-attenzjoni tagħna għal xi żbalji, aħna nagħmlu mill-aħjar li nistgħu biex nikkoreġuhom. Madankollu, kemm il-konsorzju tal-proġett u kemm HaDEA ma jaċċettaw l-ebda responsabbiltà fir-rigward tal-informazzjoni fuq dan is-sit.
Din l-informazzjoni:
- mhijiex intiża li tindirizza ċirkustanzi speċifiċi ta’ xi individwu jew entità partikolari
- mhijiex neċessarjament komprensiva, kompluta, eżatta jew aġġornata
- xi drabi turi ħoloq ta’ siti esterni li l-konsorzju tal-proġett u HaDEA m’għandhom l-ebda kontroll fuqhom u li għalihom il-konsorzju tal-proġett u HaDEA ma jassumu l-ebda responsabbiltà
- mhijiex parir legali (jekk teħtieġ parir speċifiku, għandek dejjem tikkonsulta professjonist kwalifikat adegwatament).
Huwa l-għan tagħna li nnaqqsu kwalunkwe tfixkil ikkawżat minn żbalji tekniċi. Xi data jew informazzjoni fuq dan is-sit jista’ jkun li nħoloq jew ġie strutturat f’fajls jew formati li mhumiex ħielsa mill-iżbalji, u ma nistgħux niggarantixxu li s-servizz tagħna mhux se jinqata’ jew ikun affettwat minn dawn il-kwistjonijiet. Il-konsorzju tal-proġett u HaDEA ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ problemi li jinħolqu bħala riżultat tal-użu ta’ dan is-sit jew kwalunkwe siti oħra esterni.
Din iċ-ċaħda ta’ responsabbiltà mhijiex intiża li tillimita r-responsabbiltà tal-konsorzju tal-proġett f’kontravenzjoni ta’ kwalunkwe rekwiżiti stipulati fil-liġi nazzjonali applikabbli jew li teskludi r-responsabbiltà għal kwistjonijiet li jistgħu ma jkunux esklużi taħt l-imsemmija liġi.
Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà dwar ħoloq esterni
Is-sit tal-proġett Negħlbu l-Ostakli għat-Tilqim jista’ jkun fih “ħoloq esterni” għal siti li mhumiex tal-konsorzju tal-proġett jew tal-HaDEA, u li m’għandna l-ebda responsabbiltà jew kontroll fuqhom.
Meta min iżur dan is-sit jagħżel li jsegwi ħolqa għal sit estern, huwa jkun suġġett għall-politiki legali, dawk dwar cookies u privatezza tas-sit estern.
Il-konformità mar-rekwiżiti ta’ protezzjoni ta’ data u ta’ aċċessibbiltà applikabbli tas-siti esterni li jkollhom ħoloq ma’ jew mis-sit tal-proġett Negħlbu l-Ostakli għat-Tilqim, hija barra mill-kontroll tal-konsorzju tal-proġett u HaDEA u hija r-responsabbiltà espliċita tas-sit estern.
Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà dwar approvazzjoni
L-għan ta’ kull referenza b’ħolqa mis-sit tal-proġett Negħlbu l-Ostakli għat-Tilqim għal xi riżorsa esterna, servizz online jew sit speċifiku, hija biex ittejjeb l-informazzjoni disponibbli fuq dan is-sit u tgħin lill-viżitaturi jsibu dawk is-siti.
Dawn ir-referenzi b’ħolqa mis-sit ma jikkostitwixxux approvazzjoni tar-riżorsa esterna, tas-servizz online jew tas-sit speċifiku mill-imsieħba tal-konsorzju jew HaDEA, lanqas approvazzjoni tal-informazzjoni fir-referenza b’ħolqa u lanqas approvazzjoni tas-sidien tas-siti esterni.
Politika dwar il-lingwa
Aħna naħdmu biex nipprovdu l-informazzjoni fuq dan is-sit bl-24 lingwa uffiċjali kollha tal-UE.
Aħna naħdmu biex nilħqu bilanċ raġjonevoli bejn ir-rispett għall-kelliema tal-ħafna lingwi tal-UE u konsiderazzjonijiet prattiċi skont il-ħtiġijiet tal-utent. Xi kontenut se jinqaleb fl-24 lingwa uffiċjali tal-UE. Kontenut ieħor jista’ jkun disponibbli biss fil-lingwi marbuta ma’ kuntest nazzjonali partikolari.
Il-kontenut kollu huwa ppubblikat bl-Ingliż.
Politika ta’ privatezza
Il-konsorzju tal-proġett Negħlbu l-Ostakli għat-Tilqim kif ukoll HaDEA huma kommessi lejn il-privatezza tal-utent. Il-politika ta’ privatezza pprovduta tkopri s-sit Negħlbu l-Ostakli għat-Tilqim.
Dikjarazzjoni ta’ privatezza
Avviż dwar id-dritt tal-awtur
© 2023
Sakemm mhux indikat mod ieħor (eż. f’avviżi dwar drittijiet tal-awtur individwali), il-kontenut ta’ proprjetà tal-UE f’dan is-sit huwa liċenzjat taħt il-liċenzja Creative Commons Attribution 4.0 International (CC BY 4.0). Dan ifisser li l-użu mill-ġdid huwa permess sakemm jingħata l-kreditu xieraq u kull tibdil ikun indikat.
Inti tista’ tintalab tiċċara drittijiet addizzjonali jekk kontenut speċifiku juri individwi privati identifikabbli jew jinkludi xogħol(ijiet) ta’ terzi partijiet. Biex tuża jew tirriproduċi kontenut li mhuwiex proprjetà tal-UE, jista’ jkun meħtieġ li inti titlob permess direttament mid-detentur(i) tad-drittijiet. Software jew dokumenti koperti mid-drittijiet ta’ proprjetà industrijali bħal privattivi, trademarks, disinji, logos u ismijiet reġistrati, huma esklużi mill-politika ta’ użu mill-ġdid tal-Kummissjoni u mhumiex liċenzjati għall-użu.