Żjarat fuq il-Post
L-objettiv primarju taż-żjarat fuq il-post huwa li jintwerew prattiki eżemplari f’reġjuni differenti li għelbu b’suċċess l-ostakoli għat-tilqim. Iż-żjarat fuq il-post joffru lill-professjonisti tas-saħħa pubblika mill-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea l-opportunità li jiffamiljarizzaw ruħhom fil-fond mal-prattiki u l-approċċi li jnaqqsu l-ostakoli għat-tilqim fl-ispirtu ta’ tagħlim reċiproku, li jippermetti ll-bdil ta’ għarfien u esperjenzi.