Sorsi rilevanti
Sib riżorsi rilevanti nazzjonali u fuq livell ta’ UE użati bħala parti mill-proġett Negħlbu l-Ostakli għat-Tilqim.
Awtoritajiet tas-Saħħa tal-Istati Membri tal-UE
Fl-Awstrija, il-Ministeru Federali għall-Affarijiet Soċjali, is-Saħħa, il-Kura u l-Ħarsien tal-Konsumatur (BMSGPK, Bundesministerium für Soziales, Gesundheit, Pflege und Konsumentenschutz), jaħdem flimkien mal-Grupp Tekniku Konsultattiv dwar it-Tilqim Nazzjonali (Nationales Impfgremium), u joħroġ pjan annwali ta’ tilqim li jinkludi informazzjoni dettaljata għal kull rakkomandazzjoni ta’ tilqim disponibbli.
Ħoloq għall-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet rilevanti huma pprovduti hawn taħt:
Ministeru Federali għall-Affarijiet Soċjali, is-Saħħa, il-Kura u l-Ħarsien tal-Konsumatur (BMSGPK, Bundesministerium für Soziales, Gesundheit, Pflege und Konsumentenschutz)
Sit disponibbli bil- Ġermaniż: www.sozialministerium.at/Themen/Gesundheit/Impfen.html
Sit disponibbli bl-Ingliż: www.sozialministerium.at/en.html
Grupp Tekniku Konsultattiv dwar it-Tilqim Nazzjonali (Nationales Impfgremium) – Informazzjoni dwar Tilqim
Sit disponibbli bil- Ġermaniż: www.sozialministerium.at/Themen/Gesundheit/Impfen/Nationales-Impfgremium.html
Fil-Belġju, l-Aġenzija Federali għall-Mediċini u l-Prodotti tas-Saħħa (FAGG, Federaal Agentschap voor Geneesmiddelen en Gezondheidsproducten) hija responsabbli għall-monitoraġġ tal-kwalità, l-effikaċja u s-sigurtà tat-tilqim disponibbli fis-suq Belġjan. Fuq livell nazzjonali, il-Kunsill Superjuri tas-Saħħa (Hoge Gezondheidsraad) waqqaf Grupp Tekniku Konsultattiv għat-Tilqim biex jipprovdi pariri xjentifiċi indipendenti dwar it-tilqim u biex jagħmel rakkomandazzjonijiet bħala l-bażi għal programmi ta’ tilqim stabbiliti mit-tliet komunitajiet Belġjani.
Ħoloq għas-siti tal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet rilevanti huma pprovduti hawn taħt:
FAGG, Aġenzija Federali għall-Mediċini u l-Prodotti tas-Saħħa (FAGG, Federaal Agentschap voor Geneesmiddelen en Gezondheidsproducten)
Sit disponibbli bl-Olandiż: www.fagg-afmps.be/nl
Sit disponibbli bil-Franċiż: www.afmps.be/fr
Sit disponibbli bl-Ingliż: www.famhp.be/en
Kunsill Superjuri tas-Saħħa (Hoge Gezondheidsraad)
Sit disponibbli bl-Olandiż: www.health.belgium.be/nl/hoge-gezondheidsraad
Sit disponibbli bil-Franċiż: www.health.belgium.be/fr/conseil-superieur-de-la-sante
Sit disponibbli bil-Ġermaniż: www.health.belgium.be/de/hoher-gesundheitsrat
Sit disponibbli bl-Ingliż: www.health.belgium.be/en/superior-health-council
Fil-Bulgarija, il-Ministeru tas-Saħħa huwa l-organizzazzjoni responsabbli mill-programmi ta’ tilqim kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq livell reġjonali. Il-pajjiż għandu politika ta’ tilqim ċentralizzata. Il-"Kalendarju ta’ Tilqim tar-Repubblika tal-Bulgarija", li huwa approvat mill-Ministeru tas-Saħħa, huwa skema għall-applikazzjoni ta’ tilqim mandatorju ppjanat u tilqim mill-ġdid.
Ħoloq għas-siti tal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet rilevanti huma pprovduti hawn taħt:
Ministeru tas-Saħħar (Министерство на здравеопазването)
Sit disponibbli bil-Bulgaru: https://www.mh.government.bg/bg/
Sit disponibbli bl-Ingliż: https://www.mh.government.bg/en/
Informazzjoni ġenerali dwar it-tilqim:
Sit disponibbli bil-Bulgaru: https://www.mh.government.bg/bg/informaciya-za-grazhdani/imunizacii/
Il-Programm ta’ Tilqim Nazzjonali tal-Kroazja (Programm ta’ Tilqim għat-Tfal) huwa mwaqqaf mill-Ministeru tas-Saħħa fuq il-bażi ta’ rakkomandazzjonijiet tad-Diviżjoni għall-Epidemjoloġija ta’ Mard li Jittieħed tal-Istitut Kroat tas-Saħħa Pubblika (CIPH). Is-CIPH hija awtorità tas-saħħa pubblika nazzjonali bil-mandat li tfassal il-programm ta’ tilqim u toħroġ rakkomandazzjonijiet dwar tilqim u l-proċess tat-tilqim.
Ħoloq għas-siti tal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet rilevanti huma pprovduti hawn taħt:
Ministeru tas-Saħħa (Ministarstva zdravstva)
Sit disponibbli bil-Kroat: https://zdravlje.gov.hr/
Informazzjoni ġenerali dwar tilqim:
Sit disponibbli bil-Kroat: https://zdravlje.gov.hr/programi-i-projekti/nacionalni-programi-projekti-i-strategije/programi-cijepljenja/2505
Istitut Kroat tas-Saħħa Pubblika (CIPH, Hrvatski zavod za javno zdravstvo - HZJZ)
Sit disponibbli bil-Kroat: https://www.hzjz.hr/
Sit disponibbli bl-Ingliż: https://www.hzjz.hr/en/
Il-programmi ta’ tilqim f’Ċipru huma mwaqqfa u żviluppati ċentralment mill-Ministeru għas-Saħħa (MoH). Fi ħdan il-MoH, il-Kumitat Konsultattiv Nazzjonali għat-Tilqim huwa responsabbli għall-iżvilupp, l-aġġornament u l-adattament tal-Programm Nazzjonali ta’ Tilqim skont informazzjoni xjentifika, il-linji gwida tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, l-ECDC, l-Unjoni Ewropea u informazzjoni epidemjoloġika lokali u internazzjonali.
Ħoloq għas-siti tal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet rilevanti huma pprovduti hawn taħt:
Kumitat Konsultattiv Nazzjonali għat-Tilqim tal-Ministeru tas-Saħħa (Υπουργείο Υγείας)
Sit disponibbli bil-Grieg: https://www.moh.gov.cy/moh/moh.nsf/index_gr/index_gr?OpenDocument
Sit disponibbli bl-Ingliż: https://www.moh.gov.cy/moh/moh.nsf/index_en/index_en
Permezz tal-programm strateġiku “Saħħa 2030”, il-Ministeru tas-Saħħa taċ-Ċekja jistabbilixxi u jimplimenta strateġija ta’ komunikazzjoni għat-titjib tal-kopertura tat-tilqim. Fuq livell nazzjonali, il-programm ta’ tilqim huwa ċentralizzat u mmexxi mill-Kummissjoni għat-Tilqim Nazzjonali, entità konsultattiva tal-Ministeru tas-Saħħa. L-Istitut Nazzjonali tas-Saħħa Pubblika jippubblika regolarment kalendarju tat-tilqim, stabbilit mis-Soċjetà Ċeka tat-Tilqim. L-Istitut tal-Informazzjoni u l-Istatistika tas-Saħħa tar-Repubblika Ċeka jimmonitorja l-kopertura tat-tilqim tal-popolazzjoni.
Ħoloq għas-siti tal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet rilevanti huma pprovduti hawn taħt:
Ministeru tas-Saħħa (Ministerstvu zdravotnictví)
Sit disponibbli biċ-Ċek: https://www.mzcr.cz/
Sit disponibbli bl-Ingliż: https://www.mzcr.cz/en/the-ministry-of-health/
Informazzjoni ġenerali dwar il-COVID-19:
Paġna disponibbli biċ-Ċek: https://www.mzcr.cz/tiskove-centrum/datove-tiskove-zpravy-ke-covid-19/
L-Istitut Nazzjonali tas-Saħħa Pubblika
Sit disponibbli biċ-Ċek: https://szu.cz/
Kalendarju tat-tilqim:
Paġna disponibbli biċ-Ċek: https://szu.cz/uploads/Epidemiologie/Ockovani/ockovaci_kalendar_pro_deti_2022_01_01.pdf
Soċjetà Ċeka tat-Tilqim
Sit disponibbli biċ-Ċek: https://www.vakcinace.eu/
Istitut tal-Informazzjoni u l-Istatistika tas-Saħħa
Sit disponibbli biċ-Ċek: https://www.uzis.cz/
Sit disponibbli bl-Ingliż: https://www.uzis.cz/index-en.php
Fid-Danimarka, l-Awtorità Daniża tas-Saħħa (DHA) tfassal il-programmi ta’ tilqim. Il-Ministru tas-Saħħa jiddeċiedi liema mard jeħtieġ l-popolazzjoni titlaqqam kontrih skont evidenza u parir mill-Awtorità Daniża tas-Saħħa. L-iStatens Serum Institutis huwa responsabbli mill-monitoraġġ tal-programmi ta’ tilqim.
Ħoloq għas-siti tal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet rilevanti huma pprovduti hawn taħt:
Ministeru għall-Intern u s-Saħħa (Indenrigs og Sundhedsministeriet)
Sit disponibbli bid-Daniż: https://sum.dk/
Sit disponibbli bl-Ingliż: https://sum.dk/english
Informazzjoni ġenerali dwar it-tilqim:
Paġna disponibbli bid-Daniż: https://sum.dk/arbejdsomraader/forebyggelse/vaccinationer
Awtorità Daniża tas-Saħħa
Sit disponibbli bid-Daniż: https://www.sst.dk/da/
Sit disponibbli bl-Ingliż: https://www.sst.dk/en/English
Informazzjoni ġenerali dwar it-tilqim (Awtorità Daniża tas-Saħħa):
Paġna disponibbli bid-Daniż: https://sst.dk/da/viden/Forebyggelse/Vaccination
Paġna disponibbli bl-Ingliż: https://www.sst.dk/en/English/Expertise-and-guidance/General-public/Vaccination
Statens Serum Institut
Sit disponibbli bid-Daniż: https://www.ssi.dk/
Sit disponibbli bl-Ingliż: https://en.ssi.dk/
Informazzjoni ġenerali dwar it-tilqim (Statens Serum Institut):
Paġna disponibbli bid-Daniż: https://www.ssi.dk/vaccinationer
Paġna disponibbli bl-Ingliż: https://en.ssi.dk/vaccination
Fl-Estonja, il-persuni jitlaqqmu skont skeda nazzjonali ta’ tilqim, ibbażata fuq deċiżjonijiet meħuda mill-Ministeru tal-Affarijiet Soċjali. Il-Ministeru jieħu l-parir ta’ Kumitat Espert dwar l-Immunoprofilassi mwaqqaf fl-2006 u li huwa magħmul minn rappreżentanti nazzjonali minn bosta entitajiet tas-saħħa prominenti.
Ħoloq għas-siti tal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet rilevanti huma pprovduti hawn taħt:
Ministeru tal-Affarijiet Soċjali (Sotsiaalministeerium)
Sit disponibbli bl-Estonjan: https://www.sm.ee/
Sit disponibbli bl-Ingliż: https://www.sm.ee/en
Informazzjoni dwar il-Kumitat Espert dwar l-Immunoprofilassi:
Paġna disponibbli bl-Estonjan: https://www.sm.ee/immunoprofulaktika-ekspertkomisjon
Fil-Finlandja, il-Ministeru tal-Affarijiet Soċjali u s-Saħħa jiddeċiedi liema tilqim għandu jiġi inkluż fil-programm nazzjonali ta’ tilqim wara konsultazzjoni mal-Bord Konsultattiv dwar il-Mard li Jittieħed (TTNK). L-Istitut Finlandiż għas-Saħħa u l-Benessri (THL) jagħti lill-ħaddiema fil-kura tas-saħħa l-istruzzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ tilqim. It-THL jimmonitorja l-okkorrenza ta’ mard li jista’ jiġi evitat bit-tilqim, ir-rati ta’ kopertura tat-tilqim u s-sigurtà tal-programm ta’ tilqim. Il-programm nazzjonali ta’ tilqim jiġi segwit mill-qrib fir-reġjuni kollha tal-Finlandja.
Ħoloq għas-siti tal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet rilevanti huma pprovduti hawn taħt:
Ministeru tal-Affarijiet Soċjali u s-Saħħa (Sosiaali- ja terveysministeri)
Sit disponibbli bil-Finlandiż: https://stm.fi/etusivu
Sit disponibbli bl-Iżvediż: https://stm.fi/sv/framsida
Sit disponibbli bl-Ingliż: https://stm.fi/en/frontpage
Informazzjoni ġenerali dwar it-tilqim:
Paġna disponibbli bil-Finlandiż: https://stm.fi/rokotukset
Paġna disponibbli bl-Iżvediż: https://stm.fi/sv/vaccinationer
Paġna disponibbli bl-Ingliż: https://stm.fi/en/vaccinations
Istitut Finlandiż għas-Saħħa u l-Benessri (Terveyden ja hyvinvoinnin laitos)
Sit disponibbli bil-Finlandiż: https://thl.fi/fi/
Sit disponibbli bl-Iżvediż: https://thl.fi/sv/web/thlfi-sv
Sit disponibbli bl-Ingliż: https://thl.fi/en/web/thlfi-en
Informazzjoni dwar il-programm nazzjonali ta’ tilqim
Paġna disponibbli bil-Finlandiż: https://thl.fi/fi/web/infektiotaudit-ja-rokotukset/tietoa-rokotuksista/kansallinen-rokotusohjelma
Paġna disponibbli bl-Iżvediż: https://thl.fi/sv/web/infektionssjukdomar-och-vaccinationer/information-om-vaccinationer/det-nationella-vaccinationsprogrammet
Paġna disponibbli bl-Ingliż: https://thl.fi/en/web/infectious-diseases-and-vaccinations/information-about-vaccinations/finnish-national-vaccination-programme
Fi Franza, l-iskeda nazzjonali tat-tilqim tiġi stabbilita fuq bażi annwali mill-Ministeru tas-Saħħa wara proposti mressqa mill-Awtorità Għolja għas-Saħħa (Haute Autorité de Santé, HAS). L-aġenziji reġjonali tas-saħħa (Agences Régionales de Santé, ARS) huma responsabbli mill-implimentazzjoni tal-iskeda nazzjonali tat-tilqim u jadattawha għall-kuntesti u l-ħtiġijiet reġjonali. Huma wkoll responsabbli mill-politiki reġjonali tas-saħħa dwar saħħa materna u tat-tfal li jkopru l-prevenzjoni tal-mard u t-tilqim. L-aġenzija nazzjonali tas-saħħa pubblika, Santé Publique France, twettaq sorveljanza tal-mard li għalih hemm tilqim disponibbli, tkejjel il-kopertura tat-tilqim madwar it-territorju Franċiż u tinforma lill-pubbliku u lill-professjonisti tas-saħħa dwar it-tilqim.
Ħoloq għas-siti tal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet rilevanti huma pprovduti hawn taħt:
Ministeru għas-Saħħa u l-Prevenzjoni (Ministère de la Santé et de la Prévention)
Sit disponibbli bil-Franċiż:
Informazzjoni ġenerali dwar it-tilqim (Ministère de la Santé et de la Prévention):
Paġna disponibbli bil-Franċiż: https://sante.gouv.fr/prevention-en-sante/preserver-sa-sante/vaccination/article/informations-pratiques-sur-les-vaccins-et-la-vaccination
Awtorità Għolja għas-Saħħa (Haute Autorité de Santé, HAS)
Sit disponibbli bil-Franċiż: https://www.has-sante.fr/
Sit disponibbli bl-Ingliż: https://www.has-sante.fr/jcms/pprd_2986129/en/home
Aġenziji reġjonali tas-saħħa (Agences Régionales de Santé, ARS)
Sit disponibbli bil-Franċiż: https://www.ars.sante.fr/
Informazzjoni ġenerali dwar it-tilqim (Agences Régionales de Santé, ARS):
Paġna disponibbli bil-Franċiż: https://www.ars.sante.fr/recherche-globale?search_ars=vaccin&ars_site=
Saħħa Pubblika Franza (Santé Publique France)
Sit disponibbli bil-Franċiż:
https://www.santepubliquefrance.fr/
Informazzjoni ġenerali dwar it-tilqim (Santé Publique France):
Paġna disponibbli bil-Franċiż:
Fil-Ġermanja, il-Ministeru Federali tas-Saħħa (Bundesministerium für Gesundheit, BMG) għandu bosta aġenziji subordinati involuti fit-tilqim. L-Istitut Federali għall-Mard Infettiv u dak Mhux Komunikabbli (Robert Koch Institut, RKI) huwa l-istitut xjentifiku ċentrali tal-gvern fil-qasam tal-bijomediċina. Għandu r-responsabbiltà li jidentifika, jimmonitorja u jipprevjeni l-mard infettiv.
Il-Kumitat Permanenti dwar it-Tilqim (Ständige Impfkommission, STIKO) tal-RKI jipprovdi rakkomandazzjonijiet nazzjonali bbażati fuq l-evidenza għall-użu ta’ tilqim liċenzjat u jagħti pariri lill-RKI.
Ħoloq għas-siti tal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet rilevanti huma pprovduti hawn taħt:
Ministeru Federali tas-Saħħa (Bundesministerium für Gesundheit, BMG)
Sit disponibbli bil-Ġeramaniż: https://www.bundesgesundheitsministerium.de/
Sit disponibbli bl-Ingliż: https://www.bundesgesundheitsministerium.de/en/index.html
Informazzjoni ġenerali dwar it-tilqim (Bundesministerium für Gesundheit, BMG)
Paġna disponibbli bil-Ġermaniż: https://www.bundesgesundheitsministerium.de/service/begriffe-von-a-z/m/masern.html
Istitut Federali għall-Mard Infettiv u dak Mhux Komunikabbli, Robert Koch Institute (RKI)
Sit disponibbli bil-Ġermaniż: https://www.rki.de/DE/Home/homepage_node.html
Sit disponibbli bl-Ingliż: https://www.rki.de/EN/Home/homepage_node.html
Informazzjoni ġenerali dwar it-tilqim (RKI):
Paġna disponibbli bil-Ġermaniż:
https://www.rki.de/DE/Content/Infekt/Impfen/impfen.html
Kumitat Permanenti dwar it-Tilqim (Ständige Impfkommission, STIKO)
Paġna disponibbli bl-Ingliż:
https://www.rki.de/EN/Content/infections/Vaccination/recommandations/recommendations_node.html
Il-Ministeru tas-Saħħa huwa l-organizzazzjoni inkarigata mill-programmi kollha ta’ tilqim madwar il-Greċja, permezz tal-Kumitat Nazzjonali għat-Tilqim li jiddetermina l-programmi ta’ tilqim u jagħmel rakkomandazzjonijiet għall-adulti u t-tfal/żgħażagħ. Dan ikopri l-livelli nazzjonali u reġjonali; m’hemmx awtonomija lokali/reġjonali li tfassal programmi ta’ tilqim skont il-ħtiġijiet lokali.
Ħoloq għas-siti tal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet rilevanti huma pprovduti hawn taħt:
Ministeru tas-Saħħa (Υπουργείο Υγείας)
Sit disponibbli bil-Grieg:
Fl-Ungerija, l-aġenzija professjonali primarja responsabbli għall-ippjanar u l-organizzazzjoni tal-programmi ta’ tilqim huwa ċ-Ċentru Nazzjonali tas-Saħħa Pubblika (Nemzeti Népegészségügyi Központ - NNK). L-NNK jippubblika l-iskeda annwali ta’ tilqim b’mod metodoloġiku, jissorvelja l-attivitajiet ta’ tilqim li jsiru barra l-pajjiż, jimmonitorja l-kopertura tat-tilqim u jipprovdi riżorsi u informazzjoni dwar it-tilqim.
Ħoloq għas-siti tal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet rilevanti huma pprovduti hawn taħt:
Ċentru Nazzjonali tas-Saħħa Pubblika (Nemzeti Népegészségügyi Központ - NNK)
Sit disponibbli bl-Ungeriż:
Il-programmi ta’ tilqim fl-Irlanda huma ffinanzjati mid-Dipartiment tas-Saħħa, li jistabbilixxi l-allokazzjoni tal-baġit għall-politiki ta’ tilqim. Dawk il-politiki mbagħad jiġu żviluppati skont il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Konsultattiv Nazzjonali għat-Tilqim (NIAC). L-NIAC huwa l-Grupp Konsultattiv Nazzjonali għat-Tilqim fi ħdan l-Eżekuttiv tas-Servizzi tas-Saħħa (NITAG), korp multidixxiplinari ta’ professjonisti tas-saħħa li jistabbilixxi linji gwida għal dawk li jfasslu l-politiki fid-Dipartiment tas-Saħħa. L-Eżekuttiv tas-Servizzi tas-Saħħa (HSE) jimplimenta u jopera s-servizzi u l-programmi tas-saħħa inklużi programmi ta’ tilqim.
Ħoloq għas-siti tal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet rilevanti huma pprovduti hawn taħt:
Dipartiment tas-Saħħa
Sit disponibbli bl-Ingliż: https://www.gov.ie/en/organisation/department-of-health/
Sit disponibbli bl-Irlandiż: https://www.gov.ie/ga/eagraiocht/an-roinn-slainte/
Eżekuttiv tas-Servizzi tas-Saħħa
Sit disponibbli bl-Ingliż: https://www2.hse.ie/
Informazzjoni ġenerali dwar it-tilqim:
Paġna disponibbli bl-Ingliż: https://www.hse.ie/eng/health/immunisation/hcpinfo/guidelines/
Fl-Italja, l-istituzzjoni responsabbli mit-tfassil tal-programmi ta’ tilqim u mill-għoti ta’ rakkomandazzjonijiet (Pjan Nazzjonali Taljan għat-Tilqim) hija l-Konferenza Stat-Reġjuni (Conferenza Stato-Regioni). Id-Direzzjoni Ġenerali għall-prevenzjoni tal-mard (Direzione generale della prevenzione sanitaria DGPS), li hija parti mid-Dipartiment tal-prevenzjoni u l-komunikazzjoni tal-Ministeru tas-Saħħa (Dipartimento di prevenzione e comunicazione del Ministero della Salute), hija responsabbli għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programmi ta’ tilqim, permezz ta’ indikaturi tas-saħħa speċifiċi. L-Aġenzija Taljana tal-Mediċini (Agenzia Italiana del Farmaco - AIFA) hija responsabbli mill-monitoraġġ tas-sigurtà tat-tilqim.
Ħoloq għas-siti tal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet rilevanti huma pprovduti hawn taħt:
Konferenza Stat-Reġjuni (Conferenza Stato-Regioni)
Sit disponibbli bit-Taljan:
https://www.statoregioni.it/it/
Ministeru tas-Saħħa (Ministero della Salute)
Sit disponibbli bit-Taljan:
https://www.salute.gov.it/portale/home.html
Informazzjoni ġenerali dwar it-tilqim:
Paġna disponibbli bit-Taljan:
Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA)
Sit disponibbli bit-Taljan: https://www.aifa.gov.it/
Qed jiġi aġġornat bħalissa…
Skont il-leġiżlazzjoni Litwana, il-Ministeru tas-Saħħa (MOH) jiddetermina l-qafas tat-tilqim. Il-MOH jorganizza, jikkoordina u jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-miżuri għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard infettiv. Iċ-Ċentru tas-Saħħa Pubblika Nazzjonali jikkoordina tilqim, jipparteċipa fl-iżvilupp ta’ strateġiji ta’ tilqim, jabbozza programmi ta’ tilqim nazzjonali, jiżviluppa rakkomandazzjonijiet metodoloġiċi għall-kontroll u l-prevenzjoni ta’ mard infettiv li jista’ jiġi evitat bit-tilqim, u jorganizza u jimmaniġġja b’mod metodoloġiku l-implimentazzjoni ta’ dawn il-programmi. L-Aġenzija tal-Istat għall-Kontroll tal-Mediċini tiġbor informazzjoni dwar l-effetti negattivi u tipprovdi informazzjoni dwar it-tilqim.
Ħoloq għas-siti tal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet rilevanti huma pprovduti hawn taħt:
Ministeru tas-Saħħa (Lietuvos Respublikos sveikatos apsaugos ministerija)
Sit disponibbli bil-Litwan: https://sam.lrv.lt/
Sit disponibbli bl-Ingliż: https://sam.lrv.lt/en/
Ċentru tas-Saħħa Pubblika Nazzjonali taħt il-Ministeru tas-Saħħa
Sit disponibbli bil-Litwan: https://nvsc.lrv.lt/
Sit disponibbli bl-Ingliż: https://nvsc.lrv.lt/en/
Aġenzija tal-Istat għall-Kontroll tal-Mediċini
Sit disponibbli bil-Litwan: https://www.vvkt.lt/index.php?441399285
Sit disponibbli bl-Ingliż: https://www.vvkt.lt/Front-Page
Fil-Lussemburgu, filwaqt li l-ebda tilqim mhu obbligatorju, l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika jirrakkomandaw li tkun segwita l-iskeda nazzjonali ta’ tilqim applikabbli għat-trabi, tfal u adulti. Il-Ministeru tas-Saħħa jissorvelja l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika u l-iskeda nazzjonali ta’ tilqim. Il-Ministeru jsegwi r-rakkomandazzjonijiet mill-Conseil Supérieur des Maladies Infectieuses (Kunsill Għoli għall-Mard Infettiv, CSMI), grupp konsultattiv tekniku għat-tilqim nazzjonali imwaqqaf fl-2011. It-tilqim rakkomandat huwa inkluż fi pjan ta’ tilqim nazzjonali, kif definit mill-Ministeru għas-Saħħa (Direttorat tas-Saħħa) skont il-parir tal-CSMI.
Ħoloq għas-siti tal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet rilevanti huma pprovduti hawn taħt:
Ministeru tas-Saħħa (Ministère de la Santé)
Sit disponibbli bil-Franċiż: https://sante.public.lu/fr.html
Informazzjoni ġenerali dwar it-tilqim:
Paġna disponibbli bil-Franċiż: https://sante.public.lu/fr/espace-citoyen/dossiers-thematiques/v/vaccination/calendrier-vaccinal.html
Kunsill Għoli għall-Mard Infettiv (CSMI, Conseil Supérieur des Maladies Infectieuses)
Paġna disponibbli bil-Franċiż: https://sante.public.lu/fr/acteurs/organismes-consultatifs/conseil-maladies-infectieuses.html
F’Malta, il-Ministeru għas-Saħħa huwa responsabbli għall-għoti tas-servizzii, kif ukoll għat-twaqqif ta’ regolamenti u standards għas-servizz tas-saħħa, u jiżgura saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Is-sistema tal-kura tas-saħħa pubblika hija l-fornitur ewlieni tas-servizzi tas-saħħa, ikkomplementata mis-settur privat fil-kura tas-saħħa primarja. Is-sistema tal-kura tas-saħħa pubblika tipprovdi servizzi lill-persuni kollha li jgħixu Malta koperti mil-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali, u tiżgura li tingħata l-kura neċessarja kollha lil gruppi bħal migranti irregolari u ħaddiema barranin li għandhom permess ta’ xogħol validu. Is-sistema tal-kura tas-saħħa primarja tal-istat tinkludi servizzi ta’ tilqim.
Ħoloq għas-siti tal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet rilevanti huma pprovduti hawn taħt:
Ministeru għas-Saħħa
Sit disponibbli bl-Ingliż: https://deputyprimeminister.gov.mt/en/phc/Pages/Home.aspx
Informazzjoni ġenerali dwar it-tilqim:
Paġna disponibbli bl-Ingliż: https://deputyprimeminister.gov.mt/en/phc/pchyhi/Pages/Vaccines.aspx
Fin-Netherlands, ir-rakkomandazzjonijiet għall-popolazzjoni fil-mira tat-tilqim kollu huma mħejjija mill-Kunsill Nazzjonali tas-Saħħa (Gezondheidsraad). Il-Kunsill Nazzjonali tas-Saħħa huwa korp konsultattiv xjentifiku indipendenti li l-kompetenza legali tiegħu hi li jipprovdi pariri fil-qasam tas-saħħa pubblika u r-riċerka dwar is-saħħa/il-kura tas-saħħa. Il-Ministeru tas-Saħħa jiddeċiedi dwar l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet u normalment jadotta l-parir tal-Kunsill. Tilqim kontra l-poljo; meninġite; ħosba; gattone u rubella (MMR); u tilqim kontra l-HPV għal adolexxenti huma parti mill-Programm Nazzjonali għat-Tilqim fit-Tfulija (Rijksvaccinatieprogramma). Dan huwa organizzat mill-Istitut Nazzjonali tas-Saħħa Pubblika u l-Ambjent (Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Millieu, RIVM).
Ħoloq għas-siti tal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet rilevanti huma pprovduti hawn taħt:
Kunsill Nazzjonali tas-Saħħa (Gezondheidsraad)
Sit disponibbli bl-Olandiż: https://www.gezondheidsraad.nl/
Sit disponibbli bl-Ingliż: https://www.healthcouncil.nl/
Informazzjoni ġenerali dwar it-tilqim:
Paġna disponibbli bl-Olandiż: https://www.gezondheidsraad.nl/documenten/adviezen/2021/04/09/vaccinatie-van-kinderen
Programm Nazzjonali għat-Tilqim fit-Tfulija (Rijksvaccinatieprogramma):
Sit disponibbli bl-Olandiż: https://rijksvaccinatieprogramma.nl/
Sit disponibbli bl-Ingliż: https://rijksvaccinatieprogramma.nl/english
Fil-Polonja, il-programm ta’ tilqim huwa żviluppat u ppubblikat kull sena mill-Ispettorat Sanitarju Ewlieni. Il-programm jinkludi informazzjoni dwar tilqim mandatorju u fakultattiv. Il-programm tat-tilqim jipprovdi informazzjoni dwar mard li kemm tfal u kemm adulti għandhom jitlaqqmu għalih, l-iskeda tat-tilqim, iż-żmien għat-tilqim, l-intervall bejn it-tilqim, it-tipi ta’ tilqim u kif għandhom jiġu amministrati.
Ħoloq għas-siti tal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet rilevanti huma pprovduti hawn taħt:
Ispettorat Sanitarju Ewlieni tal-Ministeru tas-Saħħa
Sit disponibbli bil-Pollakk: https://szczepienia.pzh.gov.pl/
Fil-Portugall, id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa (Direção Geral de Saúde - DGS) huwa l-awtorità nazzjonali inkarigata mill-koordinament tal-Pjan Nazzjonali ta’ Tilqim. Id-DGS għandu l-mandat li jfassal il-programm tat-tilqim u joħroġ rakkomandazzjonijiet relatati mat-tilqim. Huwa jikkollabora mill-qrib ma’ korpi governattivi ċentrali oħra dwar kwistjonijiet relatati max-xiri ta’ tilqim, l-immaniġġjar ta’ ħażniet ta’ tilqim, ir-reġistru ta’ informazzjoni dwar it-tilqim, il-monitoraġġ tal-kopertura tat-tilqim u s-sorveljanza epidemjoloġika.
Ħoloq għas-siti tal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet rilevanti huma pprovduti hawn taħt:
Direttorat Ġenerali għas-Saħħa (Direção Geral de Saúde - DGS)
Sit disponibbli bil-Portuġiż: https://www.dgs.pt/
Sit disponibbli bl-Ingliż: https://www.dgs.pt/directorate-general-of-health/about-us.aspx
Fir-Rumanija, il-Ministeru tas-Saħħa jissorvelja l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali tat-tilqim. Iċ-Ċentru Nazzjonali għas-Sorveljanza u l-Kontroll tal-Mard Komunikabbli tal-Istitut Nazzjonali tas-Saħħa Pubblika tal-Ministeru tas-Saħħa jikkoordina l-implimentazzjoni tal-programm, inkluż l-istima ta’ ħtieġa ta’ tilqim, il-monitoraġġ ta’ kull xahar tal-ħażniet tat-tilqim, l-evalwazzjoni darbtejn fis-sena tal-kopertura tat-tilqim, il-koordinament tas-sorveljanza tar-reazzjonijiet negattivi wara t-tilqim, it-taħriġ ta’ min jagħti t-tilqim, l-amministrazzjoni tar-Reġistru Nazzjonali Elettroniku tat-Tilqim (NEVR), l-istampar u t-tixrid tal-kotba tat-tilqim.
Ħoloq għas-siti tal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet rilevanti huma pprovduti hawn taħt:
Ministeru tas-Saħħa
Sit disponibbli bir-Rumen: https://www.ms.ro/ro/
Istitut Nazzjonali tas-Saħħa Pubblika (Institutul National de Sanatate Publica)
Sit disponibbli bir-Rumen: https://insp.gov.ro/
Sa mill-1986, it-tilqim fir-Repubblika Slovakka kien immexxi minn programm ta’ tilqim unifikat, bl-għan li jitlaqqmu b’mod effettiv it-tfal u l-adulti biex titnaqqas jew saħansitra tiġi eliminata l-okkorrenza tal-mard infettiv. Bosta partijiet interessati fuq livelli nazzjonali u reġjonali huma involuti fil-proċess tal-ħolqien, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-Programm Nazzjonali ta’ Tilqim. Il-partijiet involuti huma: il-Ministeru tas-Saħħa (MHZ), l-Awtorità Nazzjonali tas-Saħħa Pubblika (NPHA), l-Awtorità Reġjonali tas-Saħħa Pubblika (RPHA), il-fornituri tal-kura tas-saħħa (tobba għat-tfal u l-adolexxenti, tobba għall-adulti), l-Istitut tal-Istat għall-Kontroll tal-Mediċini, l-Ispiżeriji u l-Kumpaniji tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (ZP).
Ħoloq għas-siti tal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet rilevanti huma pprovduti hawn taħt:
Ministeru tas-Saħħa (MHZ)
Sit disponibbli bl-Islovakk: https://www.health.gov.sk/Index.aspx
Sit disponibbli bl-Ingliż: https://www.health.gov.sk/Home
Awtorità Nazzjonali tas-Saħħa Pubblika (NPHA)
Sit disponibbli bl-Islovakk: https://www.uvzsr.sk/
Sit disponibbli bl-Ingliż: https://www.uvzsr.sk/en/
Fl-Islovenja, il-programm tat-tilqim nazzjonali jiġi propost annwalment mill-Istitut Nazzjonali tas-Saħħa Pubblika (NIPH) fil-forma ta’ ktieb tar-regoli, approvat mill-Ministru tas-Saħħa. L-NIPH huwa għalhekk inkarigat mill-kisba u l-forniment ta’ tilqim, kif ukoll it-tfassil, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-programm annwali tat-tilqim.
Ħoloq għas-siti tal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet rilevanti huma pprovduti hawn taħt:
Ministeru tas-Saħħa
Sit disponibbli bl-Isloven: https://www.gov.si/drzavni-organi/ministrstva/ministrstvo-za-zdravje/
Sit disponibbli bl-Ingliż: https://www.gov.si/en/state-authorities/ministries/ministry-of-health/
Istitut Nazzjonali tas-Saħħa Pubblika (NIPH)
Sit disponibbli bl-Isloven: https://www.gov.si/teme/cepljenje/
Sit disponibbli bl-Ingliż: https://www.gov.si/en/topics/vaccination/
Fi Spanja, it-tilqim huwa implimentat mir-Reġjuni Awtonomi, minbarra t-tilqim relatat mal-ivvjaġġar barra l-pajjiż li huwa mmaniġġjat minn amministrazzjoni ċentrali. Fuq livell nazzjonali, il-Consejo Interterritorial del Sistema Nacional de Salud (Kunsill Interterritorjali tas-Sistema Nazzjonali tas-Saħħa) jikkoordina l-azzjonijiet tas-saħħa pubblika permezz tal-Comisión de Salud Pública (Kummissjoni tas-Saħħa Pubblika). Rappreżentanti tar-Reġjuni Awtonomi kollha u l-Ministeru jieħdu sehem f’dawn il-korpi ta’ koordinament. Ir-riżoluzzjonijiet tal-CSP mhumiex mandatorji għar-Reġjuni Awtonomi.
Ħoloq għas-siti tal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet rilevanti huma pprovduti hawn taħt:
Consejo Interterritorial del Sistema Nacional de Salud (CISNS, Kunsill Interterritorjali tas-Sistema Nazzjonali tas-Saħħa)
Sit disponibbli bl-Ispanjol: https://www.sanidad.gob.es/
Sit disponibbli bl-Ingliż: https://www.sanidad.gob.es/en/
Informazzjoni ġenerali dwar it-tilqim:
Paġna disponibbli bl-Ispanjol: https://www.sanidad.gob.es/en/profesionales/saludPublica/prevPromocion/vacunaciones/home.htm
Fl-Iżvezja, id-deċentralizzazzjoni tal-kura tas-saħħa tfisser li din hija pprovduta jew mir-reġjuni jew mill-muniċipalitajiet. Il-kura tas-saħħa u l-kura medika huma maqsuma f’setturi pubbliċi u privati. Il-kura kollha tas-saħħa fl-Iżvezja hija ffinanzjata mill-istat u hija bla ħlas għaċ-ċittadini kollha. L-Aġenżija Żvediża tas-Saħħa Pubblika (Folkhälsomyndigheten) tfassal linji gwida għall-forom differenti ta’ kura tas-saħħa inkluż it-tilqim u l-programmi ta’ tilqim. Il-Ministeru tas-Saħħa u l-Affarijiet Soċjali jiddeċiedi liema mard għandu jinkludi fil-programmi skont suġġerimenti mill-Aġenzija tas-Saħħa Pubblika.
Ħoloq għas-siti tal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet rilevanti huma pprovduti hawn taħt:
Aġenżija Żvediża tas-Saħħa Pubblika (Folkhälsomyndigheten)
Sit disponibbli bl-Iżvediż: https://www.folkhalsomyndigheten.se/
Sit disponibbli bl-Ingliż: https://www.folkhalsomyndigheten.se/the-public-health-agency-of-sweden/
Informazzjoni ġenerali dwar it-tilqim:
Paġna disponibbli bl-Ingliż: https://www.folkhalsomyndigheten.se/the-public-health-agency-of-sweden/communicable-disease-control/vaccinations/vaccination-programmes/
Ministeru tas-Saħħa u Affarijiet Soċjali
Paġna disponibbli bl-Ingliż: https://www.government.se/government-of-sweden/ministry-of-health-and-social-affairs/
Riżorsi madwar l-UE kollha
L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali (HaDEA) timplementa programmi u inizjattivi Ewropej f’isem il-Kummissjoni Ewropea billi tmexxi proġetti li huma relatati mas-saħħa, is-sigurtà fl-ikel, l-ispazju, l-industrija u d-diġitali.
HaDEA timplementa l-biċċa l-kbira tal-EU4Health, l-akbar programm għat-tisħiħ tas-saħħa madwar l-UE.
Sit disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE: https://hadea.ec.europa.eu/index_en
Saħħa Pubblika: Tilqim
Paġna disponibbli bl-Ingliż: Saħħa Pubblika -Tilqim https://health.ec.europa.eu/vaccination/overview_en
Tilqim sigur kontra l-COVID-19 għall-Ewropej
Informazzjoni dwar it-tilqim u kif jaħdem.
Paġna disponibbli bl-Ingliż:
Tilqim għat-tfal
Informazzjoni dwar tilqim għat-tfal.
Paġna disponibbli bl-Ingliż:
https://health.ec.europa.eu/vaccination/childhood-immunisation_en
Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) huwa aġenzija tas-saħħa pubblika tal-Unjoni Ewropea (UE). L-ECDC jiġbor, janalizza u jaqsam informazzjoni fuq aktar minn 50 tema dwar mard infettiv bħall-COVID-19, influwenza, HIV/AIDS, epatite, ħosba, tuberkolożi, resistenza antimikrobika u tilqim. L-esperti tal-ECDC jassessjaw ir-riskji għall-Ewropa u jipprovdu gwida biex jgħinu lill-pajjiżi jipprevjenu u jwieġbu għat-tifqigħ u t-theddid għas-saħħa pubblika.
Sit disponibbli bl-Ingliż: https://www.ecdc.europa.eu/en
Tilqim
Il-viżitaturi jistgħu jsibu informazzjoni u riżorsi rilevanti marbuta mat-tilqim fit-tfulija, l-eżitazzjoni għat-tilqim, l-iskedi ta’ tilqim tal-UE u sistemi ta’ informazzjoni dwar it-tilqim.
Paġna disponibbli bl-Ingliż: www.ecdc.europa.eu/en/immunisation-and-vaccines
Skedarju tat-tilqim
Database li fih l-iskedi ta’ tilqim fil-pajjiżi kollha tal-UE/ŻEE.
Paġna disponibbli bl-Ingliż: https://vaccine-schedule.ecdc.europa.eu/
Tracker tat-tilqim kontra l-COVID-19
Database li fih informazzjoni dwar dożi mqassma fil-pajjiżi UE/ŻEE, teħid ta’ tilqim, profili tal-pajjiżi u l-għadd ta’ persuni mlaqqma fil-popolazzjoni.
Paġna disponibbli bl-Ingliż: https://vaccinetracker.ecdc.europa.eu/public/extensions/COVID-19/vaccine-tracker.html#uptake-tab
Il-Portal Ewropew ta’ Informazzjoni dwar it-Tilqim (EVIP) huwa sit tal-UE li jipprovdi evidenza preċiża, oġġettiva u aġġornata dwar it-tilqim b’mod ġenerali.
Is-sit kien żviluppat miċ- Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), fi sħubija mal-Kummissjoni Ewropea, speċifikament, id-Dipartiment tagħha dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fl-Ikel (DG SANTE) u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA). Dan huwa inizjattiva tal-Unjoni Ewropea u kien żviluppat wara Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar kooperazzjoni msaħħa kontra l-mard li jista’ jiġi evitat bit-tilqim adottata f’Diċembru 2018.
Il-viżitaturi jistgħu jsibu informazzjoni dwar fatti dwar it-tilqim informazzjoni dwar il-mard u lista ta’ sorsi affidabbli.
Sit disponibbli bl-Ingliż: https://vaccination-info.eu/en
L-Osservatorju Ewropew dwar is-Sistemi u l-Politiki tas-Saħħa huwa sħubija li ġġib flimkien perspettivi ta’ politiki differenti biex tiġi identifikata liema evidenza dwar sistemi u politiki tas-saħħa jeħtieġu dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-Ewropa. L-Osservatorju mbagħad joħloq u jaqsam l-evidenza permezz ta’ pubblikazzjonijiet, laqgħat individwali u online – u jagħmilha ta’ intermedjarju ta’ għarfien u pont bejn l-akkademja u l-prattika.
Sit disponibbli bl-Ingliż: https://eurohealthobservatory.who.int/home
It-Tnaqqis tal-Inugwaljanzi fl-Użu tat-Tilqim fir-Reġjun Ewropew – L-Involviment ta’ Komunitajiet Mhux Moqdija (RIVER-UE)
L-għan tal-proġett RIVER-UE iffinanzjat mill-UE huwa li jidentifika l-ostakli fis-sistemi tas-saħħa u jaħdem biex ineħħihom. Il-proġett jiffoka fuq tilqim kontra l-MMR u l-HPV f’komunitajiet speċifiċi mhux moqdija biżżejjed (migranti fil-Greċja, nisa u bniet Torok u Marokkini fin-Netherlands, Ukrajni fil-Polonja u Roma fis-Slovakkja). Dan il-proġett, permezz ta’ studju fuq il-fatturi determinanti tas-sistemi tas-saħħa li jwasslu għal teħid baxx ta’ tilqim, għandu l-għan li jiżviluppa strateġiji biex jiżdiedu r-rati tat-tilqim.
Sit tal-proġett disponibbli bl-Ingliż: https://river-eu.org/